Home / Series / Solitaire / Aired Order /

All Seasons

Season 1

  • S01E01 Episodju 1

    • September 29, 2005

    Tiġrija llegali tispiċċa f’ħoġor l-ispetturi Cunningham u Borg. Valerie Christie tfhiem lil waħda minn nurses ġodda tagħha f’ ħdan l-isptar ‘Dar Jacob’ bil-perikli li ma tkunx infurmata tajjeb fuq il-pazjenti tagħhom. Vincent jaħseb li l-isptar jista’ jopera b’inqas spejjes.

  • S01E02 Episodju 2

    • October 6, 2005

    Aħbar kerha għall-isptar Dar Jacob u t-tmexxija tiegħu. Vince u Valerie ma jaqblux fuq kif se jkomplu jiffinanzjawh. Vincent irid jieħu deċiżjoni.

  • S01E03 Episodju 3

    • October 13, 2005

    Kaxxa mimlija karti tal-flus titpoġġa f’ħoġor l-isptar. Valerie u l-kumplament donnhom sabu s-soluzzjoni għal problemi finanzjarji tal-isptar. Vincent għandu ideat oħra.

  • S01E04 Episodju 4

    • October 20, 2005

    Telfa oħra kerha għall-isptar Jacob u r-residenti tiegħu. Jidher li l-pjan klandestin ta’ Willie u t-Tommy jiġi mxekkel minn xi ħadd mhux magħruf. L-ispettur Cunningham jipprova jsib tarf ta’ serqiet ta’ karozzi lussużi f’dawn l-aħħar ġimgħat.

  • S01E05 Episodju 5

    • October 27, 2005

    Vincent u Valerie jerġgħu jitlewmu fuq kif qed jintefqu l-flus fiż-żamma tal-isptar. L-isptar ikollu żjara għal għarrieda minn sidu, Eric Vella u jagħmel proposta lil Valerie.

  • S01E06 Episodju 6

    • November 3, 2005

    L-ispettur Cunningham u Borg jinqabdu f’nofs ‘hold up’ l-Imqabba. Terġa’ titħalla somma sostanzjali ta’ flus wara l-bieb ta’ Dar Jacob imma min qed iħallihom u għala mhux magħruf. Valerie konvinta li huwa Eric għax jaf bis-sitwazzjoni tal-isptar. Tommy, Bobby, Willie u n-Najju ikomplu jippjanaw tellieqa Nazzjonali biex jiġbru l-flus għal Dar Jacob.

  • S01E07 Episodju 7

    • November 10, 2005

    Claire tibgħat messaġġ qawwi lil Bobby meta juri attenzjoni żejda lit-tfal u Eric jippjana kif se jirbaħ it-tiġrija b’mod li ma jidhirx. Valerie jkollha żjara minn ġenitur ta’ waħda mit-tfal residenti l-isptar, filwaqt li jiġu żewġt itfal oħra ifittxu l-kenn f’Dar Jacob.

  • S01E08 Episodju 8

    • November 17, 2005

    Ikomplu t-tħejjijiet għal ‘Run what you bring’ ġewwa Ħal Far b’Dar Jacob iservi ta’ headquarters għall-applikanti. Il-ħalliel misterjuż isalva lill-ispettur Cunningham minn ħalq il-mewt filwaqt li jagħmel serqa oħra. Il-Bobby u Tommy mhux jifhmu kif il-ħalliel qed imur għall-istess karozza li jkunu ippjanaw li jisirqu huma.

  • S01E09 Episodju 9

    • November 24, 2005

    Serqa ta’ flus mill-uffiċċju ta’ Valerie iġġiegħel lil Vincent jipprova jikkonvinċiha li Eric mhux il-bniedem li qed taħseb li hu. L-ispettur Cunningham iwissi lil bintu Debbie biex ma tkomplix tiltaqa’ ma’ Tommy imma llejla tibda l-kompetizzjoni f’Ħal Far.

  • S01E10 Episodju 10

    • December 1, 2005

    Il-ftuħ ta’ ‘Run what you bring’ isib l-ewwel intopp u Vincent jagħżel li jqatta’ ħin mat-tfal waqt li l-istaff tal-isptar ikunu kollha Ħal Far. Il-ħalliel ‘Solitaire’ isib kappel jiġih.

  • S01E11 Episodju 11

    • December 8, 2005

    L-ispettur Cunningham u Borg fl-aħħar jagħmlu żjara f’Dar Jacob. Valerie u l-istaff ta’ Dar Jacob jippruvaw iżommu l-preżenza ta’ Vincent l-isptar u dak li ġara l-lejl ta’ qabel sigriet. In-Najju u Tommy b’fortuni differenti fil-kompetizzjoni ta’ Ħal Far u traġedja bil-Kubra.

  • S01E12 Episodju 12

    • December 15, 2005

    In-Najju kompletament meqrud u l-kumplament tal-grupp b’rashom maqtugħa u mfixxkla fuq kif se jirnexxielhom jikkompetu fil-final. Se jitilfu s-sitt elef liri Maltin premju? Jagħmlu proposta lil Fusinu. It-tfal ta’ Dar Jacob għandom messaġġ għal Dr.Christie.

  • S01E13 Episodju 13

    • December 22, 2005

    L-ispetturi Cunningham u Borg fl-aħħar jirnexxielom jinterrogaw lil Vincent Christie. Tommy jinqabad f’nassa u sħabu u Valerie iħejju pjan biex jgħinuh.