F'waħda mir-rokniet fl-episodju li jmiss se nħarsu propju lejn l-użu korrett tad-dizzjunarji! Ħajr lil Dwayne Ellul tal-pariri siewja tiegħu. Se niltaqgħu ma' Mark Camilleri, il-President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Miegħu tkellimna dwar l-edizzjoni li jmiss tal-Malta Book Festival 2019. Iltqajna wkoll ma' Carlston Grima, li għarrafna bl-attivitajiet li ttellgħu f'Jum Dun Karm. Se niltaqgħu wkoll ma' Charles Cassar, mill-band Djun, u ma' Toni Sant, li se jgħaddilna kumment kritiku dwar din il-band! Niltaqgħu wkoll ma' Stephan D. Mifsud, riċerkatur u kittieb li se jitkellem dwar it-tradizzjoni orali u l-iħirsa!
| Name | Type | Role | |
|---|---|---|---|
| Kit Azzopardi | Writer | ||
| Charles Cassar | Guest Star | ||
| Toni Sant | Guest Star | ||
| Stephan D. Mifsud | Guest Star | ||
| Dwayne Ellul | Guest Star | ||
| Carlston Grima | Guest Star | ||
| Mark Camilleri | Guest Star | ||
| Alan Paul Mizzi | Director | ||
| Dorothy Bezzina | Crew | ||
| Nadine Falzon | Crew | ||
| Daniela Attard Bezzina | Crew |