Meta nsemmu l-mudelli, moħħna spiss imur għad-dinja tal-moda! Imm'hawn mhux fuq DAWK il-mudelli se nkellmukom, imma fuq il-mudelli li nużaw għal kliem li fih l-ittra Għ! Bħal-lum ġimgħa nfakkru l-Għid tal-Erwieħ u nagħtu bidu għax-xahar tal-mejtin, għalhekk, ħsibna sabiex fl-episodju li jmiss nagħtu ħarsa lejn id-drawwiet marbuta mal-mewt flimkien ma' Yanika Schembri Fava u Marlene Mifsud Chircop. Niltaqgħu ma' Marouska Falzon Cutajar minn L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, li se tkellimna dwar 'Aqra kemm tiflaħ,' programm ta' qari fl-iskejjel. Il-pubblikazzjoni bil-Malti għandha storja qasira iżda interessanti. It-tim tagħan ltaqa' mal-Prof. William Zammit u ma' Joseph Mizzi, pubblikatur, sabiex isir jaf aktar dwar din l-istorja rikka. Niltaqgħu wkoll ma' Mark Camilleri minn Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, li se jkellimna dwar il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.
Name | Type | Role | |
---|---|---|---|
Kit Azzopardi | Writer | ||
Mark Camilleri | Guest Star | ||
William Zammit | Guest Star | ||
Joseph Mizzi | Guest Star | ||
Marlene Mifsud Chircop | Guest Star | ||
Yanika Schembri Fava | Guest Star | ||
Marouska Falzon Cutajar | Guest Star | ||
Alan Paul Mizzi | Director | ||
Dorothy Bezzina | Crew | ||
Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
Nadine Falzon | Crew |