Bettina qed tiddiskuti ma omma il-libsa tat-tieġ tagħha. Bettina ma tixtieqx li Vera tagħżel kollox li trid hi anzi tixtieq li tkun involuta fid-deċiżjoni. Amelia u Bert jargumentaw fuq il-ħajja tagħhom. Tonin jidħol ħdejhom u jara li Bettina qeda skomda waqt li Lucrezia u Vera qed jitkellmu fuq il-libsa u l-prepparamenti tat-tieġ tagħha, allura jiprova jara x’se jivinta biex jgħina toħroġ min ħdejhom. Bettina tirringrazzjaħ u tgħidlu inkun nafulek ta’ din u Tonin malajr jahtafa fil-pront. Tonin jitkellem ma Bert ukol dwar dan il-pjaċir. Min jaf xi pjaċir irid mingħand Bettina u Bert?
Domenico qed jimxi għal affari tiegħu u jara lil Septa tisraq min-nies. Waqt li qed ikellima jinduna li għandha tbenġila ġo wiċċa u jsaqsiha xi ġrala. M’Angela qeda rrabjata ma Tonin, għax rat lil Bettina tbusu fuq ħaddejħ u riedet tkun taf fuq xiex kienet il-konversazzjoni li kellhom, iżda Tonin ma jridx jgħidilha. Bettina qed titkellem ma Amelia dwar in-namrat ta’ omma Emilda, iżda Amelia ma tantx qed tieħu pjaċir li kulhadd qed jgħid li dan in-namrat tagħha. Diego jmur ikellem lil Septa u jerġa jsaqsiha dwar missieru. Amelia taffaċja lil omma u ssaqsiha dwar ir-raġel li ratha miegħu. Alan jistaqsi lil missieru Manwel ghal aktar flus biex ikun jista’ jkompli r-riċerka tiegħu fuq il-libsa. Dun Pawl qed jiddiskuti ma omm Agostino d-dubji li għandha Amelia fuq Agostino.
Il-Baronessa reġgħat qed tiġi nnterrogata min Abela, biex jara jekk hemm’x xi informazzjoni oħra li tista tgħinnom fl-investigazzjoni. Agostino u ommu jaslu għal festin ta’ Amelia. Amelia tinduna li Bernard mhux qiegħed magħhom u l-ewwel ħaga li tistaqsi hi fejn hu Bernard. Amelia toħrog tibki u jsiba Enrico u tibda tkellmu dwar is-sentimenti tagħha li mhumiex għal Agostino. Bernard jagħti sorpriża lil Amelia billi jmur il-festin biex jawgurala f’għeluq snina. Waslet il-ġurnata li Enrico u Carlotta jitilqu mid-dar Gauci Fontana u jerġgħu jmorru f’darhom. Abela jirritorna fid-dar Gauci Fontana u jerġa jkellem lil Arturo għax skopra xi ħaga interessanti li kixfet il-baronessa. Abela jistaqsi għal pjanta tad-dar Gauci Fontana. Qabel jitlaq Abela jitolbu xi ħaga oħra lil Arturo, tgħid x’qed jitlob Abela?
Arturo jidher anzjuż u mfixkel ħafna wara dak li ġara fil-lejl ta’ qabel u Lucrezia tinduna li ġara xi ħaġa iżda Arturo jgħidilha li issa tard wisq. Karm imur ifittex lil Abela l-għassa ma Flaminia għax beda jistenniħ jiġi il-lejl ta’ qabel iżda baqa ma tfaċċax, iżda ma jsibux hemm lanqas. Il-puluzija ituħ l-indirizz ta’ fejn jgħix u jmur jara jekk ikunx hemm. Arturo jiftaħ qalbu ma Tonin dwar x’għamel u Tonin jiddeċiedi li jgħinu. Flaminia tmur għal ħwejjeg tagħha ġo darha biex tkun tista’ tmur tgħix ma Karm u missieru, iżda meta tkun hemm ikun hemm missiera Pietru wkoll u ma tantx jispiċċaw bit-tajjeb. Tgħid x’ġara?
Amelia qed titkellem ma kuġinta Bettina u tgħidila li tixtieq joħorgu ftit u jagħmlu xi ħaġa. Issa li telqu Enrico u Carlotta spiċċatilom il-vaganza u m’għadomx igawdu bħal meta kienu hemm huma għaliex Arturo ma jħalihomx. Qabel tgħid kienu forsi joħorgu bi skuża ta’ Enrico u Carlotta. Diego jirritorna iċ-ċirku biex jiprova jiskopri iktar fuq il-passat tiegħu iżda joħroġ min hemm diżżapuntat għax ma sabx dak li xtaq. Bert qed jieħu pjaċir li Enrico telaq mid-dar Gauci Fontana. Flaminia tinsab bi dwejjaq kbar b’dak li ġrala u jista’ jkun il-każ li ħadd ma jkun jista’ jgħina. Is-suprettendent Fenech Lauri jmur jistaqsi lil Arturo fuq Abela peress li għadu ma nstabx, iżda Arturo jidher mfixkel meta jkun qed jitkellem u s-suprettendent jidher li qed jissuspetta xi ħaġa. Tgħid x’qed jaħbi Arturo?