Għal Jum l-Omm ħejjejnielkom rokna speċjali bi qwiel u idjomi marbuta mal-omm. Se niltaqgħu wkoll ma' Michael Spagnol, li se jkellimna dwar ġeneru ta' logħob bil-kliem magħruf bħala rebus. Trevor Zahra huwa awtur ieħor li se niltaqgħu miegħu; din id-darba, Żahra se jkellimna dwar pubblikazzjoni ġdida li tgħaqqad ir-realtà fiżika ma' dik miżjuda (awmentata). Se nlaqqgħukom ukoll mar-Rev. Dr Charlo Camilleri sabiex nitkixxfu aktar dwar Anastasju Cuschieri. L-aħħar mistieden huwa r-Rev. Dr Paul Sciberras, li se jkellimna dwar Dun Karm Sant f'għeluq il-100 sena minn twelidu.
Name | Type | Role | |
---|---|---|---|
Kit Azzopardi | Writer | ||
Michael Spagnol | Guest Star | ||
Charlò Camilleri | Guest Star | ||
Paul Sciberras | Guest Star | ||
Trevor Żahra | Guest Star | ||
Alan Paul Mizzi | Director | ||
Dorothy Bezzina | Crew | ||
Nadine Falzon | Crew | ||
Daniela Attard Bezzina | Crew |