Se nlaqqgħukom ma' Dr Lara Vella mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Lara se tkellimna dwar il-bilingwiżmu fis-snin bikrin. Se nerġgħu niltaqgħu ma' Sergio Grech, din id-darba sabiex ikellimna dwar il-kitba tal-istorja bi lsienna. Mark Vella se jkellimna dwar ir-rivista 'l-aċċent', rivista maħruġa mit-tradutturi tal-Unjoni Ewropea. Ġorġ Agius, magħruf ukoll bħala Ġorġ tal-Mużew jew l-Għannej tal-Mulej, kien magħruf u maħbub minn bosta; se nfakkru t-taqbiliet ta' Ġorġ, grazzi lil Tonio Bonello. Adrian Grima u Joseph Mizzi se jkellmuna dwar 'Il-Gaġġa' ta' Frans Sammut, u dwar ir-rabta storika tiegħu mal-Klabb Kotba Maltin.
Name | Type | Role | |
---|---|---|---|
Kit Azzopardi | Writer | ||
Alan Paul Mizzi | Director | ||
Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
Dorothy Bezzina | Crew | ||
Nadine Falzon | Crew |