Olvin Vella se jeħodna lura fiż-żmien b'seklu (u aktar!) sabiex iwasslilna tagħrif dwar l-oriġini tal-alfabett Malti u dwar alfabetti oħra li kienu qed jikkompetu miegħu. Se nlaqqgħukom ma' Joanne Mifsud, li se tkellimna dwar il-kisba tat-taħdit fis-snin bikrin. Josette Bezzina hija esperta oħra li se tkellimna dwar it-taħdit fis-snin bikrin. Se nfakkru lil Oliver Friggieri permezz ta' rokna li fiha Bernard Micallef jikkummenta dwar il-poeżiji tiegħu. Se tinqara wkoll poeżija ta' Friggieri minn Noel Tanti. Michael Spagnol, il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti, se jkellimna dwar is-sit Malti.mt, li fih ħażna ta' riżorsi fosthom uħud marbuta mat-Tradizzjoni Orali u d-Diploma fil-Letteratura Maltija. L-aħħar kelliem li qed nintroduċulkom huwa Noel D'Amato, li se jkellimna dwar kliem Malti marbut mad-drawwiet tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Name | Type | Role | |
---|---|---|---|
Kit Azzopardi | Writer | ||
Michael Spagnol | Guest Star | ||
Joanne Mifsud | Guest Star | ||
Bernard Micallef | Guest Star | ||
Noel Tanti | Guest Star | ||
Noel D'Amato | Guest Star | ||
Olvin Vella | Guest Star | ||
Josette Bezzina | Guest Star | ||
Alan Paul Mizzi | Director | ||
Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
Dorothy Bezzina | Crew | ||
Nadine Falzon | Crew |