Se nlaqqgħukom ma' Conrad Fenech, riċerkatur li se jkellimna dwar Dun Feliċ Demarco, wieħed mill-kittieba ewlenin tal-qarċilla. Se nlaqqgħukom ukoll mal-istoriku Frans Ciappara, li se jwasslilna tagħrif dwar Mikiel Anton Vassalli. Il-Prof. Adrian Grima u Dr Immanuel Mifsud se jaqsmu magħna xi ħsibijiet dwar Rużar Briffa, tabib, fundatur tal-Għaqda tal-Malti u Leħen il-Malti, u – fuq kollox – poeta maħbub. Skald hija band li tipproduċi mużika bil-Malti; se nlaqqgħukom ma' Bertu Aquilina, wieħed mill-membri ta' din il-band. Angele Haber hija l-aħħar mistiedna li għandna; Angele se tkellimna dwar pubblikazzjoni għat-tfal bit-titlu 'Ninħasel biex inkun nadif.'
| Name | Type | Role | |
|---|---|---|---|
| Kit Azzopardi | Writer | ||
| Frans Ciappara | Guest Star | ||
| Angele Marie Haber | Guest Star | ||
| Adrian Grima | Guest Star | ||
| Bertu Aquilina | Guest Star | ||
| Immanuel Mifsud | Guest Star | ||
| Conrad Fenech | Guest Star | ||
| Alan Paul Mizzi | Director | ||
| Dorothy Bezzina | Crew | ||
| Nadine Falzon | Crew | ||
| Daniela Attard Bezzina | Crew |