Se nerġgħu nlaqqgħukom mal-arkeologa Maria Elena Zammit, li se tkellimna dwar it-tradizzjoni orali – bħal ħrejjef u għajdut ieħor – marbut mat-tempji. Se nlaqqgħukom ukoll ma' Carmel Bezzina, riċerkatur li se jagħtina tagħrif dwar il-ħajja ta' Mons. Pietru Pawl Saydon, traduttur ewlieni tal-Bibbja. Għal darb'oħra se nerġgħu niffukaw fuq il-kitba kreattiva fir-rokna dwar il-kreattività, din id-darba b'ħarsa lejn il-metrika. Adrian Grima se jixħet aktar dawl fuq ir-rumanz 'Ulied in-nanna Venut fl-Amerka' ta' Juann Mamo. Anna Vassallo se terġa' tingħaqad magħna sabiex tagħtina tagħrif ġdid dwar app li tgħallem il-Malti lit-tfal - Sitt Stejjer.
| Name | Type | Role | |
|---|---|---|---|
| Kit Azzopardi | Writer | ||
| Adrian Grima | Guest Star | ||
| Carmel Bezzina | Guest Star | ||
| Mariaelena Zammit | Guest Star | ||
| Anna Vassallo | Guest Star | ||
| Alan Paul Mizzi | Director | ||
| Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
| Dorothy Bezzina | Crew | ||
| Nadine Falzon | Crew |