Se nlaqqgħukom ma' kantawtur ġdid – Michael Azzopardi. Se nlaqqgħukom ma' tnejn mill-qarrejja tal-provi tal-Malti, Daniela Attard Bezzina u Dwayne Ellul, li se jkellmuna dwar is-sengħa tal-korrezzjonijiet tal-provi. Se niltaqgħu wkoll ma' Clifford Debattista li se jkellimna dwar is-sengħa tal-mastrudaxxa u r-riċerka li għamel fuq ir-reġistru użat f'dan il-mestier. Clare Azzopardi, il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti tal-JC, u l-lekċerer Leanne Ellul se jkellmuna dwar is-sillabu ta' lsienna fil-livelli intermedju u avvanzat. Fir-rokna dwar il-letteratura, Kit Azzopardi se jitkellem dwar il-poeżija Passaport ta' Antoine Cassar.
| Name | Type | Role | |
|---|---|---|---|
| Kit Azzopardi | Writer | ||
| Kit Azzopardi | Guest Star | ||
| Daniela Attard Bezzina | Guest Star | ||
| Clifford Debattista | Guest Star | ||
| Dwayne Ellul | Guest Star | ||
| Michael Azzopardi | Guest Star | ||
| Clare Azzopardi | Guest Star | ||
| Leanne Ellul | Guest Star | ||
| Alan Paul Mizzi | Director | ||
| Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
| Dorothy Bezzina | Crew | ||
| Nadine Falzon | Crew |