Nerġgħu niltaqgħu ma' Karl Scicluna, din id-darba sabiex insiru nafu aktar dwar 'Nikteb il-Malti Tajjeb,' pubblikazzjoni t'għajnuniet prattiċi fil-kitba tal-Malti! Se nħarsu lejn l-għadd tan-nomi, jiġifieri lejn is-singular, l-għadd imtenni, u l-plural, u t-tipi differenti tagħhom! Stephan D. Mifsud se jagħtina tagħrif ġdid dwar l-allat u t-twemmin tal-qedem, u jispjegalna x-xhieda ta' dat-twemmin li waslitilna permezz tal-lingwa. Fost il-ħaddiema tal-Malti l-aktar magħrufa, ma nistgħux ma nsemmux lil Dun Ġorġ Preca, li nqeda kontinwament bi lsienna kemm miktub kif ukoll mitkellem. It-tim tagħna tkellem ma' Anthony Briffa dwar il-kitbiet u l-kliem tal-ewwel qaddis Malti. L-aħħar mistieden huwa Emanuel Psaila, li se jkellimna dwar il-letteratura u l-politika.
Name | Type | Role | |
---|---|---|---|
Kit Azzopardi | Writer | ||
Karl Scicluna | Guest Star | ||
Anthony Briffa | Guest Star | ||
Emanuel Psaila | Guest Star | ||
Stephan D. Mifsud | Guest Star | ||
Alan Paul Mizzi | Director | ||
Nadine Falzon | Crew | ||
Dorothy Bezzina | Crew | ||
Daniela Attard Bezzina | Crew |