Din id-darba se nitkellmu ma' Vince Fabri dwar is-sengħa tal-kantawtur, jiġifieri meta s-sengħa tal-kantant tingħaqad ma' dik tal-awtur! Spiss nitħawdu bejn l-I u l-IE. Permezz tar-rokna tal-grammatika li jmiss, qed nittamaw li ngħinukom xi ftit sabiex tiktbuhom aħjar! Yanika Schembri Fava qed tagħmel xogħol siewi ħafna mad-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta' Malta, speċjalment fil-qasam ta' It-Tradizzjoni Orali. Tkellimna magħha dwar il-ħidma li għaddejja mill-Università b'risq dokumentazzjoni aħjar tal-Malti mitkellem. Adrian Grima se jkellimna dwar Ġużè Bonnici: kittieb, attivist u kofundatur tal-Għaqda tal-Malti. Fis-sezzjoni fuq l-edukazzjoni se nħarsu lejn l-attivitajiet li jittellgħu b'rabta mal-Malti fl-iskola medja ta' Bormla. Bħala mistiedna kellna lil Josienne Farrugia, Kap tad-Dipartiment tal-Malti. Se jkollna mistiedna speċjali: l-istudenti ta' Bormla! Araw x'qalulna dwar l-attivitajiet li jkollhom b'rabta ma' lsienna!
Name | Type | Role | |
---|---|---|---|
Kit Azzopardi | Writer | ||
Yanika Schembri Fava | Guest Star | ||
Vince Fabri | Guest Star | ||
Adrian Grima | Guest Star | ||
Josienne Farrugia | Guest Star | ||
Alan Paul Mizzi | Director | ||
Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
Nadine Falzon | Crew | ||
Dorothy Bezzina | Crew |