X'ħiliet titlob il-kitba għat-teatru? Tkellimna mal-kittieb u d-direttur Simon Bartolo sabiex nitkixxfu aktar dwar din is-sengħa. It-tim tagħna ltaqa' mas-Sinjura Erika Borg Medati u tkellem magħha dwar ix-Xalati ta' Kitba, attivitajiet ta' kull xahar organizzati minn L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. It-tim ta' Ilsienna ltaqa' wkoll ma' Mark Sciberras, li rriċerka l-kliem marbut mal-baned u li se jaqsam magħna wħud mill-konklużjonijiet tat-teżi tiegħu. Dr Olvin Vella u Dwayne Ellul jirnexxielhom jagħtu sommarju tajjeb ħafna tad-dizzjunarji tal-bieraħ u tal-lum. Għal din ir-rokna biss, worth it issegwu l-episodju li jmiss! L-aħħar mistieden huwa l-Prof. Bernard Micallef, li se jkellimna dwar il-poeżija ta' Achille Mizzi.
| Name | Type | Role | |
|---|---|---|---|
| Kit Azzopardi | Writer | ||
| Bernard Micallef | Guest Star | ||
| Dwayne Ellul | Guest Star | ||
| Erika Borg Medati | Guest Star | ||
| Mark Sciberras | Guest Star | ||
| Simon Bartolo | Guest Star | ||
| Olvin Vella | Guest Star | ||
| Alan Paul Mizzi | Director | ||
| Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
| Dorothy Bezzina | Crew | ||
| Nadine Falzon | Crew |