Dr Olvin Vella, lekċerer u riċerkatur fi ħdan id-Dipartiment tal-Malti, L-Università ta' Malta, se jkellimna dwar kliem Malti qadim misjub mill-istoriku Godfrey Wettinger. Niltaqgħu wkoll ma' Jon Mallia f'rokna dwar in-No Bling Show. Fl-istess rokna se jkollna kumment kritiku mingħand Toni Sant. John Bonello huwa magħruf l-aktar għall-kotba tal-fantasija u għalhekk kien xieraq li nistiednu lilu sabiex jitkellem dwar dan il-ġeneru! Fost il-kotba li kiteb John Bonello hemm it-triloġija 'Il-Logħba tal-Allat.' Yanika Schembri Fava hija riċerkatriċi bravissima fil-qasam ta' It-Tradizzjoni Orali, L-Università ta' Malta, u se tkellimna dwar it-taqbiliet, it-talb, u s-superstizzjoni! It-tim ta' Ilsienna ltaqa' ma' Marouska Farrugia sabiex tispjegalna aħjar kif jitqassmu s-sessjonijiet ta' qari għat-trabi organizzati minn L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u x'riżorsi jeżistu.
| Name | Type | Role | |
|---|---|---|---|
| Kit Azzopardi | Writer | ||
| Olvin Vella | Guest Star | ||
| Yanika Schembri Fava | Guest Star | ||
| Marouska Farrugia | Guest Star | ||
| Toni Sant | Guest Star | ||
| John A. Bonello | Guest Star | ||
| Jon Mallia | Guest Star | ||
| Alan Paul Mizzi | Director | ||
| Dorothy Bezzina | Crew | ||
| Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
| Nadine Falzon | Crew |