L-episodju li jmiss se jkun dwar it-teatru bil-Malti. Fost l-oħrajn se tkellimna Simone Spiteri, kittieba, attriċi, u direttriċi li spiss taħdem mal-kumpanija Dù Theatre. It-teatru jaqdi funzjoni importanti ħafna fil-komunità, mhux biss fuq livell artistiku imma anke sabiex jittratta temi politiċi u soċjali. Kelliem ieħor, did-darba mid-Dipartiment tal-Istudji Teatrali, huwa Marco Galea, espert tal-istorja tat-teatru f'Malta. It-tim ta' Ilsienna ltaqa' wkoll ma' Martin Gauci, id-direttur ta' Dwal Godda, kumpanija teatrali. Martin tkellem magħna dwar it-teatru tal-komunità. Mistieden ieħor huwa Sean Buhagiar, id-Direttur Artistiku ta' Teatru Malta.
Name | Type | Role | |
---|---|---|---|
Kit Azzopardi | Writer | ||
Martin Gauci | Guest Star | ||
Marco Galea | Guest Star | ||
Sean Buhagiar | Guest Star | ||
Simone Spiteri | Guest Star | ||
Alan Paul Mizzi | Director | ||
Mariele Zammit | Crew | ||
Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
Nadine Falzon | Crew | ||
Jorje Bosios | Crew |